Skip to main content

Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

L-Irlanda
L-Irlanda
Flag of Ireland

L-Artikolu 67 (a)

L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53:

Central Authority for International Child Abduction,

Department of Justice,

7 Ely Place,

Dublin 2.

Numru tat-telefon +353 (1) 602 8202,

Posta elettronika [email protected]

L-Artikolu 67 (b)

Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2): L-Irlandiż u/jew l-Ingliż.

L-Artikolu 67 (c)

Il-lingwi aċċettati għaċ-ċertifikati li jikkonċernaw id-drittijiet ta' aċċess u ta' ritorn tal-minuri skont l-Artikolu 45(2) huma: l-Ingliż u/jew l-Irlandiż.

L-Artikoli 21 u 29

It-talbiet previsti mill-Artikoli 21 u 29 għandhom ikunu ppreżentati fil-qrati li ġejjin:

- fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court).

L-Artikolu 33

L-appell previst mill-Artikolu 33 għandu jkun ippreżentat fil-qrati mniżżla hawn taħt:

- fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (High Court).

L-Artikolu 34

Fl-Irlanda, appell fil-Qorti tal-Appell dwar punt tad-dritt (ta' min jinnota, madankollu, li b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Irlandiża, il-Qorti Suprema għandu jkollha kompetenza għall-appelli minn deċiżjoni tal-Qorti Superjuri jekk tkun sodisfatta li jkun hemm ċirkostanzi ta' eċċezzjoni li jiġġustifikaw appell dirett lilha.  Il-Qorti Suprema għandu jkollha wkoll kompetenza għall-appelli minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell jekk tkun sodisfatta li ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni jkunu ssodisfati.)

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna
OSZAR »