Sommarju tal-proċess kriminali
Dawn li ġejjin huma sommarju tal-istadji normali fil-proċess kriminali fir-Repubblika Slovakka.
Il-proċess ta’ qabel is-smigħ jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:
- passi qabel il-bidu tal-prosekuzzjoni kriminali;
- preparazzjonijiet ta’ qabel il-proċess (investigazzjoni).
Il-proċess jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:
- l-eżami u s-smigħ preliminari tal-att tal-akkuża;
- il-proċess ewlieni;
- il-proċess ta’ appell (appell ordinarju [odvolanie] quddiem qorti ta’ istanza superjuri, appell ulterjuri [dovolanie] quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka [Najvyšší súd Slovenskej Republiky], ftuħ mill-ġdid tal-kawża);
- il-proċess tal-eżekuzzjoni, it-twettiq tas-sentenza u l-miżuri protettivi.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ
Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni