Il-kalkolu tal-imgħax statutorju fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili u kummerċjali jista' jkun rilevanti skont diversi strumenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, dawn l-istrumenti ma jirregolawx id-dettalji dwar l-imgħax statutorju u għalhekk huwa d-dritt nazzjonali li jistipula kif u fuq liema bażi għandhom jiġu kkalkulati r-rati tal-imgħax statutorju.
F'każ transfruntier, din l-informazzjoni tista' tkun rilevanti u l-aċċess għaliha jkun neċessarju. Għalhekk, in-Network Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali stabbilixxa skeda informattiva li tagħti informazzjoni dwar kif l-imgħax statutorju huwa ddefinit mill-Istati Membri, jekk il-liġi nazzjonali tistipulax imgħax statutorju u jekk iva, fuq liema bażi ġuridika u b'liema rata/ammont. Tista' ssib ukoll informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet li dawn ir-rati japplikaw fihom u kif jiġu kkalkulati.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.