Skip to main content

L-ispazju tiegħi tal-Ġustizzja elettronika

F’għadd ta’ Stati Membri, l-individwi u l-persuni ġuridiċi diġà għandhom aċċess online għas-servizzi pubbliċi differenti offruti online mill-ġudikatura u mill-amministrazzjonijiet pubbliċi. Servizzi pubbliċi diġitali bħal dawn jiffrankaw il-ħin, jistgħu jiġu aċċessati minn kullimkien u huma disponibbli anki f’sitwazzjonijiet diffikultużi.

Fl-2020, bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq il-qasam tal-ġustizzja, il-Kummissjoni ħadet bosta inizjattivi biex tagħti spinta lid-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja. Il-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, Sett ta’ għodod ta’ opportunitajiet, adottata f’Diċembru 2020, kienet tinkludi l-ħolqien ta’ din it-taqsima, “L-Ispazju tiegħi tal-Ġustizzja Elettronika”, fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bl-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal diversi servizzi pubbliċi diġitali nazzjonali fil-qasam tal-ġustizzja.

F’din it-taqsima, għandek issib informazzjoni rilevanti u ħolqiet għas-servizzi pubbliċi diġitali nazzjonali li ġejjin:

  • il-possibbiltà li tiġi ppreżentata talba għall-għajnuna legali;
  • kumpens (servizzi elettroniċi li jippermettu lill-partijiet jintroduċu direttament talbiet għad-danni);
  • il-bidu ta’ kawża ċivili online;
  • notifika elettronika tad-dokumenti ġudizzjarji (possibbiltajiet għal notifika elettronika tad-dokumenti minn awtoritajiet ġudizzjarji lill-partijiet);
  • il-parteċipazzjoni f’subbasti ġudizzjarji;
  • l-aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni;
  • il-formazzjoni tal-kumpaniji u l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji; u
  • is-servizzi ta’ traduzzjoni (inkluża t-traduzzjoni awtomatika u l-impatt legali tagħha).
Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna
OSZAR »