Skip to main content

Suċċessjonijiet

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 650/2012

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi għandu l-għan li jiffaċilita l-ittrattar tas-suċċessjonijiet internazzjonali għaċ-ċittadini.

Ir-Regolament japplika fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka u tal-Irlanda.

Ir-Regolament, li japplika għas-suċċessjoni ta' persuni li jmutu fis-17 ta’ Awwissu 2015 jew wara, se jiżgura li suċċessjoni partikulari tiġi trattata b'mod koerenti, skont liġi unika u minn awtorità waħda, filwaqt li tippermetti wkoll li ċ-ċittadini jagħżlu l-liġi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tagħhom sabiex tapplika għas-suċċessjoni tagħhom.

Ir-Regolament jintroduċi wkoll Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (European Certificate of Succession, ECS), li huwa dokument maħruġ mill-awtorità li tittratta s-suċċessjoni li jintuża mill-werrieta, mil-legatarji, mill-eżekuturi testamentarji u mill-amministraturi tal-patrimonju li jipprova l-istatus tagħhom u jeżerċita d-drittijiet jew is-setgħat tagħhom fi Stati Membri oħrajn, mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda proċedura speċjali.

Fid-9 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni adottat ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni li jistabbilixxi l-formoli li jridu jintużaw skont ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni:

Il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika jippermetti l-possibbiltà li timtela u tinħoloq PDF tal-formula V (Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni) online hawnhekk.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħolqa relatata

Gwida għaċ-ċittadini : kif ir-regoli tal-UE jissimplifikaw il-wirt internazzjonali

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Family law – succession matters
* mandatory input
Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna
OSZAR »