Informazzjoni ġenerali
Ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili jistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti r-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' protezzjoni maħruġa bħala miżura ta' dritt ċivili bejn Stati Membri.
B'hekk jekk tibbenefika minn ordni ta' protezzjoni ta' dritt ċivili fl-Istat Membru ta' fejn tgħix int tkun tista' tapplikah direttament fi Stati Membri oħrajn billi tippreżenta ċertifikat lill-awtoritajiet kompetenti li jiċċertifikaw id-drittijiet tiegħek.
Ir-Regolament huwa applikabbli mill-11 ta’ Jannar 2015.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Tista' tinkiseb iktar informazzjoni dwar rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni fil-paġna ddedikata.